“Inħobbuk Ħafna U Grazzi Ta’ Kulma Tagħmel Miegħi U Mat-Tfal Tagħna” – Eleanor Cassar Lil Żewġha

Eleanor u Carl

Illum jiċċelebra għeluq sninu, ir-raġel tal-kantanta lokali Eleanor Cassar. F'dan il-jum Eleanor taqsam kelmtejn għal żewġha li ġejjin mill-fond ta' qalbha biex tesprimi kemm ifisser għaliha.

Eleanor tikteb, "Awguri lir-raġel tiegħi Carl Matthew Camilleri f'għeluq sninu… nawguralek ħafna paċi, saħħa u barkiet mingħand il-Mulej… ikompli jżomm idejh fuqek u jipproteġik. Inħobbuk ħafna u grazzi ta' kulma tagħmel miegħi u mat-tfal tagħna. Happy Birthday."

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Carl l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum u sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbu. Awguri Carl!

Ritratti:

Facebook/ Eleanor Cassar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI