“Inħobbuk Immensament, Qalbi Tagħna – Illum, Għada, u Dejjem. Ħafna Iktar Milli Qatt Tista’ Timmaġina.” – Clive Piscopo F’Għeluq Snin Bintu Nora

Clive Piscopo

L-attur lokali Clive Piscopo kiteb messaġġ għall-għażiża bintu Nora, li bħal-lum erba’ snin ilu għamlitu missier. Hu jikteb dwar kemm ġabet ferħ u mħabba mal-wasla tagħha fil-familja.

“Happy Birthday għażiża Nora tagħna, 4 snin ilu, ħajjitna nbidlet bl-isbaħ mod possibbli bit-twelid tiegħek. Qalbi bħal donnha kibret, u skoprejt li nista’ nħobb iktar milli qatt ħsibt li hu possibbli.”

Clive ikompli, “Imlejtilna ħajjitna bil-ferħ, u tajtna l-isbaħ irwol ta’ ħajjitna meta sirna l-ġenituri tiegħek. Inħobbuk immensament, qalbi tagħna – Illum, għada, u dejjem. Ħafna iktar milli qatt tista’ timmaġina.”

L-attur jiddedikala dan il-messaġġ f’isem il-familja kollha. Awguri mill-qalb Nora!







Ritratti:

Facebook/ Clive Piscopo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI