Illum huwa għeluq snin il-kantawtur u mużiċist Malti Klinsmann Coleiro! “Illum qomt inħossni inkredibbilment grat għax-xewqat kollha ta’ għeluq snini,” kiteb Klinsmann fuq il-midja soċjali.
L-ewwel li niftakru lil Klinsmann huwa ta’ 16-il sena, fejn fl-2007 wasal sal-finali fil-Malta Eurovision Song Contest u rnexxielu jiġi fit-tielet post bil-kanzunetta tiegħu “She Give Me Wings”. Din bdiet il-vjaġġ tal-Eurovision u tal-karriera mużikali tiegħu.
Fl-2014 hu fforma l-banda rock alternattiva tiegħu “Planet Seed”, li daqqet f’Malta, fil-Polonja, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Italja għal udjenzi ta’ bejn 5,000 sa 15,000. Bejn l-2016 u l-2017 Klinsmann għamel ir-ritorn għall-Malta Eurovision Song Contest bid-diska tiegħu “Laserlight”.
Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Klinsmann l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu. Awguri!
Facebook/Klinsmann Coleiro