Illum Fabian Scerri De Carlo u l-mara tiegħu Ivana, jiċċelebraw 26 sena miżżewġin. F’dan il-jum speċjali għal din il-koppja, Fabian ħalla messaġġ ta’ mħabba u awguri lill-għażiża martu.
Fabian kitbilha, “Is-26 anniversarju t-tajjeb Ivana. Inħossni mbierek li qsamt dak li l-ħajja għandha x’toffri miegħek bit-tlugħ u l-inżul tagħha mxejna triq twila flimkien. J’Alla jberikna b’ħafna snin oħra. Inħobbok.”
Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt, nawguraw minn qalbna lil Fabian u Ivana f’dan il-jum speċjali. Nittamaw li jgħixu aktar snin ta’ mħabba, saħħa u kuntentizza flimkien. Awguri mill-qalb.