Iniedu Kanzunetta Ġdida Proprju Waqt It-Tieġ Ta’ Gillian U L-Maħbub Tagħha George

Ftit sigħat ilu ġiet żvelata l-kanzunetta ġdida u oriġinali ‘Id-Dawl t’Għajnejja’ li ġiet kantata għall-ewwel darba proprju lbieraħ mill-kantanti bravissimi Franklin Calleja u Kaya Gouder Curmi waqt it-tieġ tal-għalliema tal-mużika Gillian Attard u l-maħbub tagħha George.

Din il-kanzunetta ta’ mħabba hija msejsa fuq melodija mill-isbaħ komposta minn Gillian u hi kkumplimentata b’mod mill-isbaħ mil-lirika profonda ta’ Emil Calleja Bayliss.

Fuq il-midja soċjali, il-kantant Franklin Calleja tella’ filmat ta’ din il-kanzunetta titkanta waqt it-tieġ ta’ Gillian u George. Filwaqt li ddeskriva din il-kanzunetta bħala “meravilja”, hu ħabbar li din se tkun disponibbli dalwaqt onlajn fuq il-pjattaformi kollha.







Ritratti:

Facebook / Gillian Attard u Franklin Calleja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI