“Inkwetajt Ħafna Li Stajt Tajtha Lilha” – Omm Iċ-Ċkejkna Francesca Rausi Kellha L-COVID-19

Francesca Rausi hija tifla bid-Downs Syndrome li għan tagħha hu biex turi li tfal bħalha huma tfal normali daqs l-oħrajn permezz tal-immudellar. Naturalment, warajha hemm ommha Michelle Rausi li hi s-sinsla wara l-karriera ta’ Francesca. Iżda f’intervista ma’ Strada Rjali, Francesca żvelat li ġiet pożittiva għall-COVID-19.





Michelle qalet lis-sit Strada Rjali li b’kollox għamlet ħmistax iżolata waħidha sakemm reġgħet irriżultat negattiv.

Imma x’kienet ir-reazzjoni taċ-ċkejkna Francesca?Peress li lil Francesca kont ilni nfehma ħafna fuq covid, kif għedtilha li għandi jien, fehmet mill-ewwel li ma tistax tersaq lejja u kienet tiġi wara l-bieb u tgħidli ”mummy don’t be scared, don’t cry, you are going to be ok”.



Lanqas ridt nemmen li fehmet daqshekk mill-ewwel. Inkwetajt ħafna li stajt tajtha lilha u lir-raġel u ma’ min kont qabel ma kont naf li għandi, imma għall-grazzja t’ Alla, kulħadd kien negative u ma tajtha lil ħadd. Ir-raġel kien id-dar jieħu ħsieb Francesca.”

Facebook/Michelle Rausi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI