Bħalissa għaddejja spekulazzjoni sħiħa li jista’ jkun hemm xi nkwiet fil-familja Rjali bejn il-Prinċep Harry u l-Prinċipessa Eugenie. Ilbieraħ, proprju f’jum San Valentinu l-Prinċep Harry u d-Dukessa Meghan Markle ħabbru li qed jistennew it-tieni tarbija tagħhom. Huma għamlu dan proprju ħamest ijiem wara li l-Prinċipess Eugenie welldet lit-tarbija tagħha.
View this post on Instagram
Donnu għamlu apposta biex l-attenzjoni timxi mill-ewwel fuq il-Prinċep Harry u l-mara tiegħu, id-Dukessa Meghan Markle. Din it-tieni darba li ġrat, dan għaliex il-koppja kienu ħabbru li qed jistennew l-ewwel tarbija tagħhom lill-familjari tagħhom waqt it-tieġ tal-Prinċipessa Eugenie. Jidher li din l-aħbar ma niżlet tajjeb xejn u l-istorja mill-ġdid qed tirrepeti ruħha.
Ħafna segwaċi tal-familja rjal fuq Twitter qalu li Harry u Meghan kellhom jistennew iktar biex jagħtu l-aħbar tat-tqala tagħhom biex iħallu lil Eugenie jkollha l-mument tagħha u tirrilaxxa l-ewwel immaġini tat-twelid tagħha u isem it-tifel tagħha.
Facebook / Good Housekeeping