Illum jagħlaq sninu Toni Busuttil, magħruf ma’ ħafna Maltin bħala Toni tal-Vann.
Toni huwa wiċċ familjari ħafna kemm fuq it-televixin u anke fuq il-palk minħabba d-diversi programmi u reċti li kellu sehem fihom.
Il-preżentattriċi Elaine Sammut awguratlu fuq il-profil tagħha u qalet li lil Toni tqisu bħala ħuha li qatt ma kellha. Tefgħet ukoll diversi ritratti ħelwin tagħhom fejn wieħed jista’ jara l-ħbiberija kbira li għandhom.
Nawgurawlek l-isbaħ xewqat f’dan il-jum, Toni!