Ilbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Sandro Giglio, raġel rispettat u maħbub immens, u huwa magħruf anke bħala eks plejer ma’ Valletta St Paul’s.
Telgħu bosta posts fuq il-midja soċjali ddedikati għal Sandro, fejn esprimew kemm ma jistgħu jemmnu din it-telfa. Kulħadd kelma waħda, kemm kien raġel b’qalb tad-deheb, u kemm ta kontribut minn qalbu fil-komunità
Fosthom kitiblu messaġġ Mark Spiteri Lucas – “Insellem il-memorja ta’ Sandro Giglio li halliena ftit tal-hin ilu. Strieh fis-sliem habib. Kondoljanzi lill-familjari.”
Kitiblu messaġġ anke Alfred Zammit. “Belt Valletta – Insellem il-Memorja tal-ħabib tagħna, Sandro Giglio. L-aħbar tal-mewt tiegħu ħasditna u llum il-Beltin ninsabu mnikkta. Grazzi Sandro ta’ kemm kont Belti u kburi u Persuna ta’ qalb tajba. Kondoljanzi lill-Familja Giglio.”
Strieħ fis-sliem Sandro. Kondoljanzi lill-familjari qraba u ħbieb.
Facebook/ Mark Spiteri Lucas