Il-preżentatur Alfred Zammit kiteb kelmtejn biex isellem il-memorja ta’ persuna rispettata immens fil-Belt Valletta – is-Sur Lino Tonna.
Hu kien dejjem iqisu bħala ħabib tiegħu u kellu affarijiet sbieħ xi jgħid dwaru. Meta kellu bżonn parir dejjem sabu hemm lest biex jigwidah.
“Insellem il-memorja tas-Sur Lino Tonna. Ġentlom u negozjant ta’ eżempju tajjeb. Għal bosta snin mexxa l-ħanut tal-Bianceria La Scala fi Triq l-Ifran il-Belt Valletta. Tkellimt u tani pariri siewja meta jien kont involut fit-Tmexxija. Strieħ fis-Sliem ħabib u kondoljanzi lill-familja.”
Qasam ritratt biex ifakkar il-memorja tiegħu. It-tim ta’ Gwida.mt isellem il-memorja tas-Sur Lino Tonna. Kondoljanzi lill-familjari qraba u ħbieb kollha.