Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Evarist Bartolo sellem il-memorja ta Ms Mary Vella, persuna li ddedikat ħajjitha fil-qasam tal-edukazzjoni.
Hu qal, “Insellem lil Ms Mary Vella li għadha kemm ħallietna. Iddedikat ħajjitha b’mod eżemplari fil-qasam tal-edukazzjoni. ll-quddiesa pràesente cadavere,se ssir nhar is-Sibt 1 ta’ Frar 2025, fit-3.00pm, fil-knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina, Mellieħa.”
Żied jgħid, “Bil-kwalitajiet eċċellenti umani u morali tagħha u b’mod kwiet iżda sod, Ms Mary Vella għamlet ħafna ġid lill-eluf li missitilhom ħajjithom b’xi mod jew ieħor. Jien kelli x-xorti naħdem fil-qrib magħha 30 sena ilu. Grazzi u strieħ fil-paċi.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi sinċiera tagħna lill-familjari kollha tagħha. Tistrieħ fis-sliem.