Ilbieraħ ġriet l-aħbar li ħalliet din id-dinja l-attriċi veterana lokali Marylu Coppini. Marylu għandha karriera twila ta’ esperjenza fix-xena tad-drama. Bla dubju li tibqa’ mfakkra għall-irwoli tagħha fost l-oħrajn f’Santa Monika, Villa Sunset u ħafna oħrajn.
Fost dawk li sellmu l-memorja tagħha kienu Teatru Manoel, li Marylu tat kontribut qawwi f’diversi produzzjonijiet teatrali.
“Iċ-Ċermen u t-tmexxija tat-Teatru Manoel jestendu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja u lill-ħbieb ta’ Marylu Coppini. Marylu dejjem iddistingwiet ruħha bħala direttriċi u attriċi mill-aqwa fejn fost l-oħrajn ħadet sehem f’bosta produzzjonijiet li ttellgħu fit-Teatru Manoel.”
Apparti minn hekk isellmilha MADC u Alan Montanaro. Hu jikteb, “Sbaħt f’Jum il-Milied bl-aħbar ta’ niket tal-mewt ta’ Marylu Coppini. Pilastru ewlieni tax-xena teatrali Maltija u pilastru tal-MADC – il-klabb li minnu ħafna minna bdejna… Dejjem se nkun grat ta’ kemm fdajtni…”
Marylu serviet bħala direttur artistiku ta’ MADC għal diversi snin. Insellmu l-memorja tagħha.
Facebook/ Marylu Coppini