Bħal-lum 11-il sena ilu seħħet traġedja kbira ġewwa Għawdex li ħalliet sitt persuni vittmi!
Illum qed insellmu l-memorja ta’ dawk il-persuni li fil-5 ta’ Settembru tas-sena 2010, tilfu ħajjithom fil-kamra tan-nar fl-Għarb, Għawdex. Il-vittmi ta’ din it-traġedja kienu Nenu Farrugia, Raymond Farrugia, Antionette Farrugia, Noel Farrugia, Peter Paul Micallef u Jean Pierre Azzopardi.
Nagħtu l-kondoljanzi lill-familji ta’ dawn il-vittmi, li għalkemm għaddew ħdax-il sena xorta waħda għadhom iħossu t-telfa tagħhom!