“Inserraħ Moħħ Kulħadd Li Jien Wasalt Id-Dar Qawwi U Sħiħ… Grazzi Li Kontu Hemm Miegħi.” – Ivan Gaffiero

Ivan Gaffiero

Ilbieraħ kulħadd kien xi ftit jew wisq inkwetat dwar it-temp, u kulħadd beda jispera li ma jinqala’ xejn. Madankollu, għalkemm ħafna minna faċilment nagħżlu li nibqgħu ġewwa siguri, hemm ħafna persuni li, biex jagħtu servizz, ikun x’ikun it-temp, tarahom hemm.

Ivan Gaffiero huwa wieħed minnhom. Hekk kif biex f’dan it-temp ikrah b’mod speċjali, iżomm kumpanija lil tant anzjani u semmiegha, li jsegwu l-programm tar-radju tiegħu dejjem, xorta mar għall-programm.

Ir-rispett tan-nies lejh inħass hekk kif bosta speraw li jasal id-dar b’mod sigur, u hu ħa ħsieb iserħilhom rashom.

“Inserraħ mohh kulħadd li jien wasalt id-dar qawwi u sħiħ. Imn’Alla mort naghmel il-programm għalikom. Grazzi li kontu hemm miegħi,” jikteb Ivan.

X’ma jħobbukx in-nies, Ivan!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI