“Int Mhux Biss Il-Kelb Tiegħi… Int Ibni” – Selwyn Ta’ Love Island B’Messaġġ Li Jmiss Il-Qalb 

Mument li mess il-qlub ta’ ħafna mis-segwaċi tiegħu – Selwyn, magħruf minn Love Island, qasam messaġġ profond u emozzjonanti ilbieraħ biex jiċċelebra għeluq il-ħames snin tal-kelb tiegħu.

F’post li ġibed ħafna attenzjoni fuq il-midja soċjali, Selwyn fetaħ qalbu u wera kemm ir-rabta bejnu u l-kelb tiegħu hija waħda speċjali u unika.“Awguri f’għeluq il-ħames snin lit-tifel tiegħi … inti m’intix biss il-kelb tiegħi…għalija qisek ibni,” kiteb Selwyn, filwaqt li spjega kif il-kelb tiegħu daħal f’ħajtu u mela vojt li lanqas biss kien jaf li jeżisti.



Huwa kompla jiddeskrivi kif, tul kull mument kemm tajjeb kif ukoll ħażin, il-kelb tiegħu dejjem kien hemm għalih, b’imħabba pura, leali u mingħajr kundizzjonijiet. “Int għallimtni kif inħobb mingħajr ma nistenna xejn lura… u dik hija l-aktar imħabba pura li teżisti,” kompla jgħid Selwyn. Dan kien kliem li proprju ħafna segwaċi setgħu jirrelataw miegħu.



F’dan il-messaġġ, huwa ammetta wkoll li mhux kulħadd jifhem din ir-rabta, iżda għalih il-kelb tiegħu huwa ħafna aktar minn sempliċiment annimal – mindu daħal f’ħajtu sar parti mill-familja u s-sors tal-ferħ tiegħu.L-iżjed parti emozzjonati kienet  kienet meta Selwyn esprima kemm hu diffiċli jarah jikber, filwaqt li xtaq li jista’ jwaqqaf iż-żmien biex iżommu miegħu għal dejjem. Kliem li żgur kull min irabbi annimal jista’ jifhmu kompletament.

“Inti kollox għalija. Il-‘King’ tiegħi 👑,” temm il-messaġġ tiegħu. Ta’ spiss nisimgħu bl-espressjoni ‘il-kelb huwa l-ikbar ħabib tal-bniedem’ u jidher biċ-ċar li l-messaġġ ta’ Selwyn huwa prova ċara ta’ din l-espressjoni.



Ritratti:

Facebook/ Selwyn Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI