Int Tista' Tkun Parti Minn Malta's Got Talent – Joħorġu Għall-Bejgħ Il-Biljetti!

Il-fatt li f’Malta ħa jsir Got Talent kien ta’ sorpriża għal ħafna Maltin u Għawdxin imma l-fatt li l-filming ħa jibda fit-tieni ġimgħa ta’ Awwissu hija ta’ sorpriża ikbar.

Il-produtturi permezz tal-paġna tagħhom għadhom kemm ħabbru li mis-7 sat-12 ta ‘Awwissu 2020 fiċ-Ċentru tal-Konferenzi ta’ Hilton Malta ħa ssir l-ewwel fażi.





Min ħa jkun preżenti ħa jkollu ċ-ċans li jsemma’ leħnu, jieħu gost u jgħin lill-ġurija jagħmlu l-għażla tagħhom! Barra mill-fatt li ħa jkunu parti mill-mumenti maġiċi tal-Golden Buzzer.

Dan l-avveniment se jkollu numru limitat ta’ persuni u l-avveniment ikun konformi mar-Regolamenti kollha tas-Saħħa u s-Sigurtà maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Wieħed jista’ jaqta’ l-biljetti minn HAWN.

Facebook / Malta’s Got Talent



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI