Raisa Brincat Newell, magħrufa għall-paġna tagħha ‘My Trio’ kitbet messaġġ sabiħ iddedikat lil bintha Paris, biex turiha kemm tfisser għaliha.
Hi kitbitilha, “Inti dejjem tibqa’ żgħira f’għajnejja… imma kull darba li nħares lejk nara mara sabiħa, kemm kbirt u kemm immaturajt. Minn dik iċ-ċkejkna tiġri qisek-keychain imwaħħla miegħi, għal mara indipendenti, b’saħħitha u kapaċi tfendi għar-ras tagħha. Għalkemm mhux dejjem naqblu fuq kollox, jiena xorta nammira lilek u nħoss kburija kbira bik… għax int INT. Inħobbok xx”
Dan il-messaġġ ikompli jurina kemm hi kbira l-imħabba ta’ omm. Għandhom relazzjoni wisq sabiħa bejniethom u nitolbu li din ir-relazzjoni tkompli tikber u tifjorixxi.
Facebook / My Trio