"Inti Dik Il-Persuna Li Dejjem Xtaqt Li Jkolli… Li Ġiegħlitni Nemmen Fija Nnifsi." – Louise Doneo Lil Żewġha Mark

L-attriċi Louise Doneo kitbet messaġġ mill-qalb iddedikat għal żewġha Mark, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Louise issemmi kemm ifisser għaliha u tinsab grata għall-appoġġ li dejjem juriha.

“Inti dik il-persuna li dejjem xtaqt li jkolli. Dik il-persuna li ġiegħlitni nemmen fija nnifsi. Dik il-persuna li dejjem timmotivani. Dik il-persuna li mingħajrha jkun hemm vojt kbir f’ħajti,” tikteb Louise. Tagħlaq il-messaġġ billi tawguralu ġurnata mill-isbaħ.

Apparti minn hekk xerrdet diversi ritratti tagħhom flimkien għall-okkażjoni. Awguri mill-qalb Mark! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI