Antoine Magri żgur li huwa wiċċ familjari għal ħafna speċjalment fuq il-midja soċjali. Hu missier l-anġlu ċkejken Juan, li kien ħalla din id-dinja erba’ snin ilu.
Apparti minn hekk Antoine kemm-il darba joffri l-għajnuna u l-appoġġ tiegħu għal Puttinu Cares, u għall-pazjenti kollha li għaddejjin minn xi mumenti iebsin.
Minkejja dak li għadda minnu hu stess u familtu, jaħseb f’ħaddieħor kontinwament. Saħansitra sentejn ilu hu u martu Solange ngħataw il-Premju għall-Impatt Soċjali waqt il-Malta Business Awards!
Kien propju f’Awwissu li għadda, meta laqgħu f’ħajjithom liċ-ċkejkna Kate. Ftit ilu Antoine qasam ritratt mill-isbaħ tiegħu ma’ Kate, u kiteb, “Inti ħriġitni mill-aktar mumenti mudlama.”
L-imħabba ta’ Antoine lejn il-familja tiegħu hi ċara immens, u minkejja dak li affaċċjaw, ċertament li huma ta’ spalla għal xulxin.