Ħafna persuni jinsabu mnikkta minħabba l-aħbar kerha li ħalla din id-dinja Joe Debono u kienu bosta li sellmu l-memorja tiegħu fuq il-midja soċjali.
Saviour Bianchi kiteb poeżija ħelwa sabiex ifakkar il-memorja ta’ Joe. Dan kiteb dwar il-karattru li kien jinterpreta Joe ta’ James Bondin, kiteb li Joe kien ta’ ispirazzjoni għall-marid u li kien ta’ għajnuna għal Bjorn Formosa.
“Strieħ dis-sliem għażiż Joe tagħna,
Daqshekk aktar gwaj għaddejt,
Issa ħieles mit-tbatija,
Fi ħdan Alla li ħabbejt.”