Dan huwa żmien diffiċli ħafna għall-familja ta’ Dipsy, il-kelba li ġiet mitlufa ġewwa r-Raħal Ġdid!
Iebsa timmaġina dak li jħoss sid annimal meta jkun ħarab jew intilef għax ma jkollux idea x’sar minnu jew jekk dik kinitx l-aħħar darba li rah. Aħna qed nittamaw li l-kelba Dipsy tinstab qawwija u sħiħa u li terġa’ tingħaqad mal-familja tagħha.
Dipsy intilfet fl-inħawi tar-Raħal Ġdid imma tista’ tinsab ukoll f’postijiet bħall-Birgu, Bormla, Isla, Zabbar u Fgura. Din il-kelba tibża’ waħidha pero hi kelba fidila ħafna u tieħu l-istruzzjonijiet sew.
Kull min jaraha għandu jċempel fuq 79072512 u jżommha sakemm jiġu għaliha familtha għax għadhom ma waqfux ifittxuha!