F’filmat li tella’ fuq il-midja soċjali s-sindku Slimiż John Pillow, żewġt irġiel jidhru qiegħdin fuq is-sit fejn xi darba kien hemm ix-Chalet filwaqt li l-mewġ irid jibla’ l-art, b’periklu evidenti għal ħajjithom.
Is-sindku Slimiż jidher fil-filmat qiegħed iwissi liż-żewġt irġiel sabiex jersqu minn ħdejn ix-xatt u jevitaw il-periklu.
Dan hekk kif bħalissa minħabba r-riefnu li qed jaħkem lil pajjiżna qed jinħarġu b’mod regolari twissijiet sabiex il-pubbliku jevita li joħroġ u b’mod partikolari jevita li jersaq lejn postijiet bħal dawn fejn il-mewġ huwa tant qalil.
Facebook / John Pillow Sliema Mayor