Il-ġenituri ta’ Jasmine, fuq il-paġna Jasmine’s Journey, irringrazzjaw lis-segwaċi tagħhom tal-appoġġ u d-donazzjonijiet tagħhom għaliex bis-saħħa tagħhom, binthom waslet sa fejn waslet illum.
Fuq il-paġna kitbu, “Intom (iva, intom!) għentu lit-tifla tagħna tasal s’hawn. Bl-appoġġ, talb, u donazzjonijiet tagħkom, irnexxielna naħdmu ma’ Jasmine u nipprovdulha opportunitajiet biex jgħinuha tkompli sejra għall-aħjar. Intensiv wara intensive, intom provdejtu l-appoġġ, u għentuna nagħmlu dak li jidher impossibbli, possibbli. Waqt li l-vjaġġ jibqa’ ta’ sfida, u twil, aħna nibqgħu profondament grati. Grazzi talli intom il-villaġġ tagħna.”
Ftit għajnuna mingħand diversi nies, biddlet il-ħajja ta’ din it-tifla u l-familja tagħha għall-aħjar. Dan jirrifletti kemm il-komunita` hi importanti. Nagħtu wkoll prosit kbira lil Jasmine, għaliex id-determinazzjoni tagħha wasslitha s’hawn!
Facebook / Jasmine’s Journey