Bil-Filmat: "Intom Qegħdin Hemm Biex Tagħmlu Programm Jew Biex Turu Sidirkom?" – Telespettatriċi Tħalli L-Preżentaturi Bla Kliem!

Il-programm Bejnietna, ippreżentat minn Dulcima Aquilina u Stephanie Chircop, hu programm maħbub u segwit ħafna fuq NET TV. Iżda jumejn ilu, il-preżentaturi kellhom telefonata mingħand telespettatriċi, li ħasdet lil dawk kollha li kienu qed isegwu!

L-ewwel ħaġa li t-telespettatriċi qaltilhom kienet prosit tal-programm, iżda t-tieni ħaġa ħalliet lil kulħadd bla kliem. Mingħajr mistħija ta’ xejn hi kkummentat dwar id-dehra tal-preżentaturi u l-istil ta’ ħwejjeġ li jilbsu fuq il-programm.





Waqt rokna li kienu qed jitkellmu fuq l-annimali domestiċi, it-telespettatriċi qaltilhom, “Intom qegħdin hemm biex tagħmlu programm jew biex turu sidirkom?” Bil-pulitizza kollha, Dulcima qalet, “Ok, inkomplu ovvjament ma kienx fuq is-suġġett inkomplu għaddejjin bid-diskussjoni.”

Hi ħaġa xokkanti li fl-2021, preżentatriċi tiġi ġġudikata b’dan il-mod minn telespettatriċi. Il-preżentaturi qegħdin hemm jagħmlu xogħlhom u żgur mhux qegħdin hemm għall-ebda skop ieħor.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI