“Investu F’Dizzjunarju Tajjeb! … Mhux Google Jew Xi Sit Stramb Ieħor” – Fuq Il-Paġna Għidha Bil-Malti

Fuq il-paġna Għidha bil-Malti, in-narratur kiteb dwar kemm jiddejjaq jara tifsiriet bil-Malti ġejjin mill-Google Translate u esprima l-opinjoni tiegħu li kulħadd jinvesti f’dizzjunarju minflok juża dawn is-siti.

Hu kiteb, “Ma niflaħx nara iżjed nies ifittxu t-tifsira ta’ kliem bil-Malti fuq Google Translate, u joqogħdu fuqu b’għajnejhom magħluqin! 😖 Hemm oħrajn li joqogħdu jistagħġbu għax tqarrqu. Ħeqq! Għalkemm għodda siewja ħafna għal lingwi oħrajn, Google Translate għadu mhux ippreparat għall-Malti u jtella’ biżibilju żbalji ta’ kull tip. ❌”.

Hu kompla, “Jekk jogħġobkom, investu f’dizzjunarju tajjeb! 📖 Dak għandu jkun il-punt ewlieni ta’ referenza tagħkom, u mhux Google jew xi sit stramb ieħor li tiltaqgħu miegħu. B’xorti ħażina għad m’għandniex dizzjunarju online bil-Malti – l-unika għajnuna li nista’ noffrilkom jiena għalissa hija t-tifsiriet tal-verbi, li jinsabu taħt kull verb fuq verb.mt. Insomma, importanti li nagħrfu nużaw l-għodod it-tajba online u nużaw moħħna, mhux nafdaw fl-ewwel ħaġa li tiġi quddiemna bir-riskju li noħorġu ta’ mażetta. 🙄”





Hija tassew ħaġa ta’ qsim il-qalb li naraw il-Malti jinkiteb b’mod mhux korrett u żgur li din l-opinjoni nistgħu nżommuha f’moħħna meta niġu biex infittxu xi tifsira bil-Malti!

Facebook / Għidha bil-Malti



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI