Kien 2 ta’ Diċembru 2019, meta l-attur, kittieb u direttur Clive Piscopo niżel għarkubbtejh u talab lil Claire sabiex tiżżewġu. Illum wasslet il-ġurnata tant mistennija tal-koppja, 7 ta’ Diċembru fejn se jiżżewġu!

Clive lill-futura mara tiegħu kitbilha, “Nokk, ma nwegħdikx li se nkun l-aħjar raġel tad-dinja. Imma nwegħdek b’qalbi kollha li se nagħmel l-aħjar tiegħi (u jekk nista’, anki iktar minn hekk) biex nimxu l-bqija ta’ ħajjitna flimkien … Id f’id u pass, pass”.
Clive u Claire iltaqgħu erba’ snin ilu f’kuntest teatrali u minn hemm l-imħabba tagħhom kibret mhux ħażin.
Awguri Clive u Claire!