Hekk kif bħalissa pajjiżna qed jintlaqat minn riefnu li fis-sigħat li ġejjin mistenni wkoll ikompli jżid fil-qawwa tiegħu, nżommu fi ħsiebna lil dawk il-ħaddiema li minkejja dan it-temp u l-perikli li jġib miegħu, xorta waħda jkomplu bil-ħidma tagħhom sabiex joffru servizz.
Nittamaw li minkejja dan it-temp straordinarju jkunu jistgħu jlestu l-ħidma tagħhom mingħajr l-ebda inċidenti u bl-inqas intoppi possibbli.
Dan hekk kif bħalissa qed jinħarġu għadd ta’ twissijiet sabiex il-pubbliku jevita li joħroġ kemm jista’ jkun u ma jiffrekwentax postijiet fejn il-mewġ l-iktar li jkun qalil ħalli b’hekk jitnaqqas dejjem il-periklu.
Facebook / Terry ta’ Bormla u Instagram / NXP Photography