"Ipponta L-Pistoli Lejn Rasi…" – Il-Pulizija B'Intervjent F'Waqtu

Ir-rakkont ta’ dan il-vittma proprja xena minn ġo film. Waqt li niżel jgħum flimkien ma’ ħabib tiegħu innota żewġ irġiel strambi b’wiċċhom mgħotti. Huma fil-baħar iltaqgħu ma’ żewġt iħbieb oħra u f’daqqa waħda wieħed mill-irġiel b’wiċċu mgħotti mar fuqu. Ovvjament inħasad u beda jitlobu l-flus. Ir-raġel jirrakonta li għal mument ħaseb li dan kien xi ħadd jafhom li kien qed jagħmlilhom xi ċajta.





Iżda ma kienx il-każ. Fid-daqqa u l-ħin, ir-raġel ipponta l-pistola lejn ras il-vittma u l-vittma jgħid li hemm twaħħax. Il-vittma jgħid, “Ried il-flus, flus li ma kellix fuqi fil-baħar. Sieħbi ħareġ mill-baħar biex jaqbdu. Bil-biża’ ħarab mal-ħabib tiegħu u fil-frattemp qabdu l-basket tiegħi u ħarbu malajr kemm setgħu lejn il-boathouses tal-White Rocks.”

Jidher li kien hemm min kien qed jara din ix-xena u ċempel lill-Pulizija fil-pront. F’ħin qasir, il-pulija mill-għassa ta’ San Ġiljan, pulizija tas-CID u tal-RIU kienu qed ifittxu lil dawn iż-żewġ żgħażagħ. Fi żmien sagħtejn dawn iż-żewġ żgħażagħ inqabdu!

Wieħed mill-vittmi radd ħajr lill-pulizija, “Il-mod kif ittrattawni, kien impekkabbli. Il-mod kif ittrattaw is-sitwazzjoni kien perfett. Nixtieq nirringrazzja pubblikament minn qiegħ qalbi l-uffiċjali tal-Pulizija / CID / RIU li għenu u solvew il-każ f’ħin qasir. M’għandix kliem biex niddeskrivi l-gratitudni tiegħi lejn il-professjonalità, kortesija u effiċjenza tagħkom.”

Facebook / The Malta Police Force



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI