Ir-raġel lokali li jilbes maskra biex iqassam il-flus minn bagalja madwar Malta, għadu kif neħħa l-maskra tiegħu.
Hu qal, “L-aħħar ftit drabi li pruvajt nagħmel video, ġejt imwaqqaf mill-pulizija għal raġuni li kont liebes maskra. Kien hemm mumenti fejn kellna nwaqqfu ħafna videos għal raġuni li ġejna attakkati, għal raġunijiet ta’ theddid. Kien hemm mumenti wkoll fejn anke l-videographer tagħna ġie attakkat. In-nies ikollhom kurżita` ta’ min hu l-karattru u ovvjament jippressaw l-unika persuna li m’għandhiex maskra.”
Żied jgħid, “Tul iż-żmien li kont qed nilbes il-maskra għamilna ħafna ġid… pero kieku kelli nħalli dak kollu jwaqqafni kien ikun reat oxxen, allura jien m’iniex se nieqaf hawn.”
Qtajtu minn kien taħt dik il-maskra intom?
Instagram / @thebriefcaseman