Ir-Raġel Li Jqassam Il-Flus Mitlub Ineħħi L-Maskla – Għandhom Ikunu Illegali L-Maskli Fil-Pubbliku?

Ir-raġel li sikwit jintlemaħ iqassam il-flus fit-toroq Maltin b’wiċċu mgħotti taħt maskla reġa’ sab ruħu fiċ-ċentru tal-attenzjoni.

Dan wara li fuq il-midja soċjali qamet kontroversja sħiħa hekk kif dan ir-raġel ilbieraħ ħabbar li se jkun qed jiżvela l-identità tiegħu t-Tnejn li ġej fl-isfond ta’ twissijiet li sarulu mill-Pulizija dwar il-fatt li qed jilbes maskla f’post pubbliku.

Min-naħa tiegħu r-raġel dejjem saħaq mal-midja li r-raġuni għalfejn matul dawn l-aħħar xhur dejjem għażel li jżomm ruħu anonimu kienet għaliex hu jbati mill-ansjetà u ma xtaqx lanqas li jesponi lilu nnifsu pubblikament.

Kien hemm taħlita ta’ reazzjonijiet hekk kif filwaqt li kien hemm min tkellem favur il-projbizzjoni fuq l-ilbies ta’ maskli f’postijiet pubbliċi, oħrajn saħqu li dan ir-raġel ma kellux jiġi mwissi b’dan il-mod hekk kif fl-aħħar mill-aħħar l-ilbies tal-maskli huwa permess f’ċelebrazzjonijiet bħall-Karnival. Issemma wkoll kif min-naħa l-oħra ilbies bħall-burqa huwa tollerabbli minħabba raġunijiet reliġjużi.

Intom taħsbu li dan ir-raġel kellu jiġi mitlub ineħħi l-maskla?







Ritratti:

TikTok / @albertbrite, Instagram / The Briefcase Man u Instagram / @afrinfeha

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI