Ir-Rata Ta' Infezzjoni L-Inqas Li Qatt Kienet F'Pajjiżna – Għandna Nistennew Każijiet Ġodda Llum?

Skont il-paġna Gerald Fenech Covid19 News Updates, illum ħa tkun ġurnata oħra pożittiva minħabba l-fatt li ma nstab ebda każ pożittiv tal-Covid-19 f’pajjiżna. Dan ħa jkun it-tielet jum konsekuttiv, u nistgħu ngħidu li fl-aħħar sitt ijiem kellna ġurnata waħda biss fejn instabu każijiet pożittivi.





Infatti, tajjeb li nirrimarkaw li r-rata ta’ infezzjonijiet f’pajjiżna niżlet għal 0.3. Din hi l-inqas rata li qatt kellna f’pajjiżna tul dawn l-aħħar xhur. Dan jawgura tajjeb ħafna u hu sinjal li s-sitwazzjoni f’pajjiżna tinsab taħt kontroll assolut. Dan il-mertu żgur li jmur lid-dipartiment tas-saħħa li kien minn ta’ quddiem biex jieħu ċertu deċiżjonijiet u japplika ċertu miżuri fil-pajjiż.

Nittamaw li llum ikollna aktar każijiet ta’ fejqan u n-numru ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 f’pajjiżna jaqa’ taħt l-għaxra.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI