Ir-Reġina Eliżabetta II Tuża L-Bastun Għall-Ewwel Darba Fil-Pubbliku

Ir-Reġina ta’ 95 sena tuża bastun biex tkun iktar komda għall-ewwel darba fil-pubbliku. Hi għamlet dan waqt li kienet qed tattendi servizz ta’ ringrazzjament mal-Prinċipessa Anne ġo Westminster Abbey.





Ir-reġina kienet akkumpanjata minn bintha l-Prinċipessa Anne waqt li ħarġet mill-karozza. Hi rarament tidher bi stikka, iżda waqt xi impenji fl-2003 u l-2004 wara li kellha l-operazzjoni fl-irkoppa dehret tuża bastun.



Jidher li dan intuża għall-kumdità u biex tkun aktar sigura għall-ewwel darba – u filwaqt li ma ngħatat l-ebda raġuni medika speċifika, id-daħla tal-Abbey setgħet influwenzat id-deċiżjoni tagħha minħabba t-tip ta’ madum li hemm.

Facebook / History & Lives of the British Royals

 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI