Għada f’pajjiżna jiġi ċċelebrat Jum il-Ħelsien fejn jitfakkar il-mument meta telqu l-aħħar suldati Ingliżi minn pajjiżna. Dis-sena, din il-festa pubblika mistennija tkun iddominata mill-ħalbiet tax-xita u r-ragħad.
Hu proprju għal din ir-raġuni li t-tlielaq tar-Regatta li ta’ kull sena jsiru f’Jum il-Ħelsien minflok se jkunu qed isiru kmieni filgħodu, sewwasew fl-10:00.
Id-deċiżjoni ttieħdet bil-għan li d-dilettanti tar-Regatta li tant jiddedikaw sigħat minn ħinhom sabiex iħejju għal dawn it-tlielaq, jevitaw li jiġu mxekkla mill-maltemp.
Facebook / Regatta Malta