“Ir-Regatta Tal-Vitorja, 1928 … Il-Kajjik San Ġużepp B’Erba’ Qaddiefa Li Kien Rebaħ Il-Palju 96 Sena Ilu” – The National Archives Of Malta

Hekk kif jagħmlu ta’ sikwit, The National Archives of Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom numru ta’ ritratti li jeħduna sew fiż-żmien.

Wieħed minn dawn ir-ritratti kien proprju tar-regatta ta’ 96 sena ilu fejn huma qalu, “Ir-Regatta tal-Vitorja, 1928.  Il-kajjik San Ġużepp b’erba’ qaddiefa li kien rebaħ il-palju 96 sena ilu f’dik il-kategorija. Bormla daħlu fit-tieni u t-tielet post.  Dan ir-ritratt huwa parti mill-kollezzjoni ta’ ritratti li Lorraine Mercieca għaddiet lill-Arkivji Nazzjonali. Grazzi Lorraine.”

Permezz ta’ kitba oħra kemmxejn relatata huma qalu, “Jum il-Vitorja, 8 ta’ Settembru. Din il-festa kienet il-Jum Nazzjonali ta‘ Malta sal-Indipendenza. Kuruni mqiegħda mal-munument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt fiċ-ċelebrazzjoni ta’ din il-ġurnata fil-bidu tas-snin sittin.  Ir-ritratt huwa parti mill-Kollezzjoini Joseph Mary Vassallo.  Nirringrazzjaw lill-familja tiegħu li ddepożitaw din il-kollezzjoni fl-Arkivji Nazzjonali. Grazzi.”





Facebook/The National Archives of Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI