Qed ngħixu l-istorja. L-1 ta’ Lulju ħa jibqa’ mfakkar bħala jum storiku. F’pajjiżna mill-ġdid fetaħ l-ajruport għat-turisti iżda donnu aħna mhux l-unika pajjiż li għamilna dan. Fuq il-paġna Gerald Fenech Covid19 News Update, wieħed seta’ jara wkoll li mil-lum erba’ pajjiżi oħra fetħu r-reġjuni kollha ta’ pajjiżhom.
Dawn huma, l-Italja, Spanja, Franza u l-Polonja. L-Italja kienet wieħed mill-aktar pajjiżi li soffrew tul il-pandemija tal-Covid-19 iżda issa li kollox bil-mod qed jirritorna għan-normal, dawn il-pajjiżi ħadu d-deċiżjoni li jiftħu r-reġjuni kollha. Din forsi mhux aħbar li ħafna kienu qed jistennew, imma kulħadd bil-mod beda rutina ġdida u qed jadatta għal din ir-realtà ġdida li sibna ruħna fiha.
Ikollok issiefer liem pajjiż tagħżel li tmur tqatta’ btala fih bħaissa?