Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Dr Nicholas Briffa tkellem dwar suġġett sensittiv li sfortunatament huwa r-realtà ta’ bosta koppji. Dan huwa l-infertilità, li aktar ma jgħaddi żmien, aktar qed tiżdied.
Huwa beda billi qal li, “realtà li spiss niltaqa’ magħha hija dik tal-infertilità. Minħabba diversi raġunijiet ir-rata dejjem qegħda tiżdied. Ir-riċerka turi li bejn 10% to 15% tal- koppji jesperjenzaw infertilità.”
Kompla billi żied jgħid li, “din hija slide minn preżentazzjoni li qiegħed inħejji dwar it-tema. Importanti li l-koppji li qegħdin jgħaddu minn tali problema ma jiddejqux jitkellmuha man-nies li jafdaw. Kuraġġ mill-qalb!”
Facebook/ Nicholas Briffa