Minkejja li għadu ma laħaqx il-qofol tiegħu, f’diversi nħawi madwar Malta b’mod partikolari fil-lokalità ta’ tas-Sliema, r-riefnu diġà beda jikkawża għadd ta’ ħsarat.
Fost oħrajn f’ritratt li ttella’ fuq il-midja soċjali, ristorant lokali li jinsab fi Triq it-Torri jidher li sofra xi ħsarat fil-faċċata tiegħu b’kawża ta’ dan ir-riħ qawwi.
Apparti minn hekk ritratt li qasam il-ġurnal Times of Malta juri stejġ tal-linja fil-lokalità ta’ tas-Sliema li sabet ruħha bis-saqaf tal-ħġieġ imfarrak b’elf biċċa minħabba dan ir-riefnu.
Facebook / Daniela Pandolfino u Times of Malta