‘Ir-Ronnie’ Ħalliena 21 Sena Ilu

Illum huwa l-21 sena anniversarju mill-mewt tal-attur u komiku Josie Coppini. Fost il-partijiet kollha li ħadem Josie, żgur li jibqa’ magħruf għall-karattru ta’ Ronnie, persuna kwieta, raġel sew u tista’ tgħid beżżul f’ħafna mis-sitwazzjonijiet li kien jispiċċa fihom!

Barra Ir-Ronnie produzzjonijiet televiżivi oħra li Josie Coppini għamel parti minnhom, huma F'Baħar Wieħed u In-Neputija tal-Kappillan. Deher ukoll fil-films internazzjonali The Trenchcoat, Final Justice u Black Eagle. Josie miss ix-xena tat-teatru wkoll, bl-aktar produzzjoni prestiġġjuża tiegħu tkun l-opra Ġensna.

Ir-Ronnie ntwera fuq it-televiżjoni fl-1997, sena biss qabel il-mewt ta’ Josie.

YouTube / @DivertimentMalti

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI