Ir-Ross Ta' Uncle Ben's Mhux Ħa Ssibu Aktar Taħt L-Istess Isem

Ir-Ross magħruf bl-isem ta’ Uncle Ben se jibdel ismu għal Ben’s Original u jneħħi l-immaġni ta’ raġel iswed li jitbissem u b’xagħar griż. Il-bidla tkompli fuq wegħda li għamlu s-sidien tal-prodott Mars Food f’Ġunju, fejn qalu li ħa jirrevedu l-marka fost protesti globali dwar il-brutalità tal-pulizija u r-razziżmu.





Uncle Ben’s daħal fis-suq fis-snin 40 u kien għal għexieren ta’ snin l-aktar ross li jinbiegħ fl-Istati Uniti. Iżda ġie kkritikat talli pperpetwa sterjotipi razzjali. Titli bħal ziju u zija ntużaw fl-istati tan-Nofsinhar tal-Istati Uniti biex jirreferu għal nies suwed, minflok l-aktar formali u rispettuża “Miss” jew “Mister”.

L-isem ta’ Uncle Ben suppost kien ispirat minn bidwi ġo Texas magħruf għar-ross ta’ kwalità għolja tiegħu. Il-kumpanija talbet wejter f’ristorant eleganti f’Chicago, Frank Brown, biex jippoża ħalli jkun il-wiċċ tal-marka, li tnediet fl-1947.

“Il-marka mhux biss qed tbiddel isimha u l-immaġni tagħha fuq il-pakkett. Hija wkoll tieħu azzjoni biex ittejjeb l-inklużjoni u l-ekwità u tistabbilixxi l-iskop il-ġdid tal-marka tagħha biex toħloq opportunitajiet li joffru lil kulħadd siġġu fuq il-mejda,” qalet il-kumpanija.

Facebook / Uncle Ben’s U.S.A.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI