Ir-Rotta Ta' Billejl Ta' Tallinja Ħa Tirritorna Minn Għada!

Il-Malta Public Transport qed terġa’ ddaħħal ir-rotta bil-lejl N13 bejn San Ġiljan u l-Belt Valletta minn għada l-Ġimgħa 24 ta’ Lulju 2020. Minħabba d-domanda pubblika, din hija l-ewwel rotta ta’ billejl li qed terġa’ tibda peress li s-servizz kien ġie sospiż.

View this post on Instagram

A post shared by Tallinja (@tallinja_mpt) on Jun 9, 2020 at 2:55am PDT

N13 topera nhar ta’ Ġimgħa u nhar ta’ Sibt billejl, bil-karozzi tal-linja jitilqu mill-Belt Valletta u San Ġiljan kull 20 minuta, jagħmlu waqfiet f’Tas-Sliema, il-Gżira, l-Imsida, il-Pietà u l-Furjana. L-ewwel karozza tal-linja lejn il-Belt Valletta titlaq minn San Ġiljan fil-23.20 u l-aħħar waħda titlaq fis-2.20.

Fid-direzzjoni opposta, l-ewwel xarabank titlaq mill-Belt Valletta għal San Ġiljan fil-23.10, u l-aħħar waħda titlaq fis-1.50. Tinsiex il-maskra jekk ħa tkun qed tagħmel użu minn dan is-servizz!

Instagram / tallinja_mpt







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI