Ira Losco B'Mistoqsija Għas-Segwaċi Tagħha Dwar Il-Possibiltà Li Jirritorna X Factor Malta – X'Ħa Jiġri?

Fuq il-profil tagħha ta’ Instagram, Ira Losco xeħtet mistoqsija rigward jekk X Factor Malta hux ser ikun qed jirritorna s-sena li ġejja. Bħalissa diversi segwaċi tal-ispettaklu Malti qed jistaqsu dan  u jekk hux se jkun relatat mal-Eurovision jekk isir; apparti dawk il-bosta li għadhom iħossu n-nuqqas tal-Malta Eurovision li kien jsir bħal daż-żmien.





L-istorja ta’ X Factor Malta bdiet propju 3 snin ilu f’Ottubru hekk kif kellna l-ewwel edizzjoni ta’ dan l-avveniment f’pajjiżna. Dik is-sena Ira Losco fil-fatt kienet fost l-erba’ membri tal-ġurija u kellha taħt il-gwida tagħha lill-kantanti subien. Owen Luellen kien l-iktar kantant mill-kategorija tagħha li avvanza hekk kif ħa t-tieni post. Ir-rebbieħa ta’ dik is-sena kienet Michela.



It-tieni staġun ta’ X Factor Malta fil-fatt wasal fi tmiemu eżatt sena ilu meta rebħet il-kategorija ta’ Ira bis-saħħa ta’ Destiny! Wara r-rebħa tagħha, il-kantanta kellha tirrapreżentana fil-Eurovision f’Mejju tal-2020, iżda minħabba l-pandemija kellu jiġi pospost għal Mejju ta’ din is-sena. 

Intom taħsbu li għad jerġa’ jirritorna X Factor Malta? Tixtiequ li jirritorna fuq kollox?! Għidulna fil-kummenti. 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI