Ira, magħrufa l-iktar bħala parteċipanta fl-ewwel staġun tal-programm lokali Big Brother Malta, illum qed tiċċelebra jum għeluq sninha hekk kif tagħlaq wiehed u tletin sena. Bosta awgurawlha permezz ta’ messaġġi sbieħ, fosthom Chanelle Agius.
Chanelle kitbitilha, “Awguri f’għeluq sninek oħt! Minn ħbieb tal-qalb u housemates fuq Big Brother għal ħbieb tal-qalb fil-ħajja reali. Xi vjaġġ kien! Inħobbok ħafna, gawdi l-ġurnata tiegħek qalbi!”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali. Il-karattru sinċier u dirett tagħha hu tassew maħbub mill-Maltin, u ma naqsitx milli tuża xi frażijiet li nisslulna tbissima fuq fommna waqt il-programm! Nisperaw li jkollok ġurnata mill-isbaħ għażiża Ira!
Facebook / Chanelle Agius u Ira Spinu