Il-paġna uffiċjali Erseb Productions ħabbret kif żewġ kantanti minn tagħhom għadhom kemm kisbu suċċess kbir waqt li rrappreżentaw lil pajjiżna. Huma ħadu sehem waqt GREECE’s HOPE – International Festival, li ġie organizzat minn Mitya Effterman.
“Ferħanin li fl-aħħar qed inħabbru li rbaħna GREECE’S HOPE – International Festival organizzat minn Mitya Effterman! Kienet esperjenza indimentikabbli, u tant kburin bil-kantanti b’talent kbir li rrappreżentawna.”
Il-kantanta lokali Marie Emeh spikkat fost 200 kompetitur waqt is-SUPER GRAND PRIX. Ella Tonna kisbet l-ewwel post fil-kategorija tagħha bi prestazzjoni brillanti.
“Id-dedikazzjoni, ix-xogħol iebes, u t-talent inkredibbli tagħhom tassew taw ir-riżultat. Huma mumenti bħal dawn li jagħmlu l-preparazzjoni u l-passjoni kollha ta’ valur… Prosit għal darb’oħra lil Marie Emeh u Ella tagħna! …ma nistgħux nistennew biex naraw x’nistgħu nwettqu flimkien.”
Prosit lill-kantanti u nawgurawlhom aktar suċċessi!