“Irċevejna Appoġġ Kbir, B’Ħafna Mill-Ħbieb, Fornituri U Klijenti Tagħna Joffru L-Għajnuna Tagħhom” – Il-Forn Tal-Għawdxi

Ilbieraħ wara t-temp estrem li kellna, li rnexxielu jħarbat ħafna postijiet, fosthom ħwienet, ċertament li ħafna spiċċaw b’diversi konsegwenzi. Fosthom hemm Il-Forn tal-Għawdxi, li filmat li ġie ppubblikat wera livell għoli ta’ ilma dieħel b’saħħa ġol-ħanut.



Aktar kmieni t-tim xtaq jesprimi gratitudni lejn dawk kollha li wrew appoġġ minħabba dak li ġara.



“Matul l-aħħar 24 siegħa, irċevejna appoġġ kbir, b’ħafna mill-ħbieb, fornituri u klijenti tagħna joffru l-għajnuna tagħhom wara l-maltempata Harry. Il-maniġment jixtieq jesprimi l-aktar ringrazzjament u apprezzament sinċier tiegħu!”

Nittamaw li kulħadd jirkupra l-ħsara li setgħet saret ilbieraħ.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI