B’messaġġ onest u mimli sens ta’ umoriżmu, l-għalliema tal-vuċi u l-kompożitriċi Gillian Attard qasmet kapitlu personali diffiċli minn ħajjitha, hekk kif ħabbret li se tgħaddi minn operazzjoni ta’ tibdil totali ta’ sostituzzjoni tal-irkoppa.
Gillian spjegat kif għal aktar minn 20 sena kienet qed tgħix b’uġigħ kontinwu, problema li bdiet bla twissija u li maż-żmien kompliet taffettwa l-moviment u l-ħajja ta’ kuljum tagħha. Bħal ħafna, ippruvat tinjoraha filwaqt li tqisha bħala xi ħaġa li “tgħaddi waħedha”, iżda sfortunatament dan ma kienx il-każ.
L-operazzjoni tfisser perjodu ta’ waqfien u proċess ta’ fejqan u rkupru li se jkun jeħtieġ ħafna paċenzja u determinazzjoni. Minkejja dan, Gillian tibqa’ ottimista, hekk kif tgħid li “għad għandha ħafna x’tagħmel, x’toħlom u fejn trid tasal.”
Hija tagħlaq il-messaġġ tagħha b’nota pożittiva: “irkoppa ġdida, bidu ġdid,” u tfakkar li anke meta l-proċess mhuwiex wieħed faċli, il-fiduċja fih tibqa’ waħda essenzjali. 💪✨
Facebook/ Gillian Attard