“Irrid Kalzetta Minn Tiegħek U Jien Nagħtik Tiegħi” – Storja Ħelwa Mill-Kliem Ta’ Lelio Spiteri

Illum is-Surmast Lelio Spiteri, għaddha messaġġ fejn stqarr li dalgħdu sab ruħu f’sitwazzjoni li ħafna minnha nistgħu nifmuha… dik li “tinsa xi ħaġa importanti li tkun ilha tberren f’moħħok ġranet qabel.”

Hekk kif illum qed ġie ċċelebrat il-jum dinji tad-Down Syndrome, l-istudenti u l-istaff tal-iskejjel intalbu jilbsu kalzetti differenti bħala simbolu ta’ aċċettazzjoni u inklużjoni. Is-surmast ammetta li ma kienx soltu tiegħu, iżda din id-darba nesa! Meta daħal l-iskola u rrealizza x’ġara, ħassu ftit mifxul speċjalment għax ried ikun ta’ eżempju tajjeb waqt l-assemblea ta’ filgħodu.

Bi ħsieb pront u ftit kuraġġ, Lelio Spiteri iddeċieda jfittex soluzzjoni sempliċi iżda umana. Mar fil-klassi tas-Sitt Sena waqt il-breakfast club, fejn sab lil Luke tifel li, mingħajr ħafna ħsieb, kien lest li jgħin. “Għandi bżonn l-għajnuna tiegħek,” qallu s-surmast. U bħal ħafna tfal li għandhom qalbhom kbira, Luke ma ddubitax. “Għidli… x’għandek bżonn?” wieġbu.



Is-soluzzjoni?  Is-surmast staqsa lil Luke jekk hux possibbli jbiddlu kalzetta bejniethom. Luke aċċetta minnufih. Poġġew bilqiegħda, neħħew kalzetta kull wieħed u libsu ta’ xulxin: ġest sempliċi, iżda mimli tifsira.F’dak il-mument, mhux biss is-surmast seta’ jidher kif suppost għall-assemblea, iżda nħolqot storja li tfakkarna x’inhu tassew importanti: il-kooperazzjoni, l-għajnuna u l-għaqda bejn il-komunità skolastika.



F’din l-istorja ma kienx hemm biss kalzetti differenti… kien hemm lezzjoni sabiħa dwar kif, meta ngħinu lil xulxin, kulħadd jirbaħ: “kuntent jien kuntent kulħadd.”



Ritratti:

Facebook/ Lelio Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI