“Irrid Lil Kulħadd Ikun Jaf Li Kienet Diffiċli Biex Nurik U Nfehemek…” – Glenn Sacco Lil Celine Agius

Għada, 5 ta’ Diċembru 2020, il-mużiċist Glenn Sacco u l-kantanta Celine Agius se joħorġu l-ewwel single tagħhom. Ta’ dan, Glenn kiteb messaġġ emozzjonali fuq il-midja soċjali li jindirizza direttament lil Celine.

“Ridt nirringrazzjak Celine talli int ħabiba kbira. Irrid li kulħadd ikun jaf u jifhem li kien eżerċizzju pjuttost diffiċli biex nurik u nfehemek kemm int artista u mużiċista mill-aqwa,” beda hu.





“Kien diffiċli għax kellek nies f’ħajtek li ġegħluk temmen li m’intix tajba… Għaliex? Għax riedu jeqirduk għax m’għandhomx il-Vuċi tad-Deheb bħalma għandek int… u t-talent pur.”

“Int qisek familja għalija… imma ridt naqsam dan il-messaġġ ma’ kulħadd għax naf li l-bullying qered il-ħolm tiegħek… u qered lilek personalment… imma mhux aktar… issa qegħdin hawn nagħmlu l-ħaġa tagħna… aħna twelidna biex nagħmlu l-Mużika… u ħadd qatt mhu se jerġa’ jgħidlek li m’intix tajba aktar.”



“Kull ma rrid hu li nibqa’ nitgħallem u nitgħallem inkun aħjar mas-sieħeb mużikali t-tajba li  hija int… Ma jimpurtax ir-riżultat ta’ din il-kanzunetta…” Awguri Glenn u Celine – nittamaw li l-kanzunetta tagħkom tagħmel suċċess!

Facebook/Glenn Sacco

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI