Fuq il-mezzi soċjali tagħha, l-Aġent President Helena Dalli awgurat lill-kantant lokali u tant u tant maħbub, AIDAN, fis-suċċess tiegħu bil-kanzunetta l-ġdida ‘Cowboys Don’t Cry’.
Bi kburija hi kitbitlu, “Bonġu, u l-festa ta’ San Ġużepp it-tajba. Irrid nifraħ lil AIDAN għas-suċċess sabiħ li qed jikseb bil-kanzunetta “Cowboys Don’t Cry” li laħqet #1 fuq iTunes. Prosit Aidan. Grazzi għall-mużika sabiħa li tipproduċi. F’dan il-baħar ta’ nkwiet madwarna għandna bżonn aktar li nduru lejn is-sabiħ li jferraħna u jagħtina tama.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu għas-suċċess tiegħu għaliex fl-aħħar, it-talent meraviljuż tiegħu qed jiġi apprezzat anke minn pajjiżi oħrajn, kif tassew jixraqlu. Prosit!
Facebook / Helena Dalli