"Irridu Nieħdu Ħsieb Lil Trevor Zahra" – Trevor Ikollu Jitlef Produzzjoni Li Tant Xtaq

Kulħadd jaf kemm Trevor Zahra hu kittieb brillanti! Kulħadd isemmi li l-kotba tiegħu huma wħud mill-aqwa li qatt inkitbu bil-Malti. Trevor jirnexxielu dejjem inissel tbissima, filwaqt xi demgħa ma tonqosx! Iżda bħalissa Trevor jeħtieġ li jieħu ħsieb saħħtu. Id-direttur u awtur Joseph Galea f’intervista ta’ Maltarti qal, “Din is-sena irridu nieħdu ħsieb Trevor”, bhekk fil-produzzjoni ta’ ‘Storjakanta’ mhux ser jidher. 





Biss Trevor ser ikun hemm fl-ispirtu, mhux talli kiteb il-produzzjoni li ser titella’ l-ewwel waħda llejla, imma għamel biċċa xogħol tal-arti fuq is-sett li kif tidħol ser tara żgur. Is-sena l-oħra xħin spiċċat ‘Storjakanta’, Trevor kien kellem lil Joseph u Corazon biex jagħmlu ‘Storjakanta tal-Milied’ u lanqas għaddew 24 siegħa li ma kienx lesta l-iskript. 

Bhekk din żgur ser tkun produzzjoni interessanti ferm! Xogħol Trevor Zahra kulħadd jaf kemm ikun tajjeb imbgħad imżewwaq b’atturi bħal Joseph Galea u Neville Refalo u l-kantanti Corazon Mizzi u Martina Galea Loffreda żgur ser ikun kapulavur! Tajjeb li ngħidu li ser ikun hemm jieħdu sehem kor tat-tfal imexxi minn Abigail Brown u l-attur John Vassallo. Din il-produzzjoni ser tibda llejla u hemm diversi rapreżentazzjonijiet biljetti minn Spazju Kreattiv.

Illejla, il-Ħadd, 6 ta’ Diċembru 2020, fis-7 ta’ filgħaxija (baqa’ ftit postijiet) … l-oħrajn kważi mimlijin! Titlifx l-opportunità li tagħti sapport lil Trevor u lil sħabu! 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI