"Irridu Sa Nhar Il- Ġimgħa Biex Niġu Għan Normal" – Twissija Dwar It-Temp Bħalissa

Il-paġna Aġġornament tat-Temp għadha kemm ippubblikat fid-dettall is-sitwazzjoni tat-temp fil-Mediterran bħalissa, u l-possibiltajiet ta’ kif jisgħu jiġu affettwati l-gżejjer Maltin.

Bħala ħarsa ġenerali nsibu pressjoni baxxa fix-xlokk u stazzjonarja għal dawn l-aħħar jiem u li ħoloq 3 maltempati kbar, ser tersaq bil-mod lejn Sqallija. Ilu  6 snin issa ma naraw pressjoni  baxxa tiddomina il- mediterran meridjonali għal aktar minn 5 tijiem. Kulħadd jitkellem kemm għamlet xita Catania / Sqallija  u il- ftit isemmu kemm għamlet xita Tunis!

Din il- pressjoni baxxa issa ser tintesifika u ser tibda miexja il- fuq, direzzjoni kosta ta’ Sqallija. Il- fatt l aktar importanti huwa li kawża tal – baħar sħun, din aktar ma tersaq viċin tagħna ser tintesifika b’riħ qawwi l ewwel mil-grigal, u wara mil- Majjistral. Pero aktar ma tersaq lejn il- kosta ta Sqallija, jew aħjar malli minn Malta tersaq viċin aktar ta’ Sqallija, aktar ser tintesifika speċjalment b buffuri ta Riħ.

Mill-analiżi tagħna, fl-ebda ħin iċ-ċentru ta’ din il- pressjoni baxxa ma hi ser tkun fuqna diretta. Ma jidhirx ukoll li l Pressjoni Atmosferika ser tinżel taħt 990hPa, (maltemp estrem).  Pero xorta jibqa il- fatt li din il- pressjoni damet jiem twal, u għal ħafna mhux normali li wara 4 tijiem maltemp din tkompli tintesifika għal jumejn oħra. Irridu nhar il- Ġimgħa  biex niġu għan normal.





Facebook/ Aġġornament tat-Temp



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI